المدة الزمنية 1:19

IFFIRMAT FTEHIM BEJN ID-DWANA U KUMPANIJA PRIVATA

بواسطة ONE News Malta
313 مشاهدة
0
1
تم نشره في 2021/08/06

ONE.COM.MT • Id-Dwana flimkien ma’ kumpanija privata ffirmata ftehim biex tiġi miġġielda l-kriminalità. Dan il-ftehim se jassigura li din il-kumpanija tiġi mħarrġa sabiex tħares is-sigurtà tal-fruntieri ta’ pajjiżna. KITBA: MATTHEW FARRUGIA FILMAT: BJORN BONELLO Ġie ffirmat ftehim bejn id-Dwana u l-kumpanija Express Trailers, liema ftehim se jassigura li din il-kumpanija timxi b’mod serju għall-benefiċċju tas-sigurtà tal-fruntieri Maltin. Waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, id-Direttur Ġenerali tad-Dwana, Joseph Chetcuti, sostna kif din kienet opportunità sabiex id-dipartiment jaħdem flimkien mal-privat kontra l-abbużi. SOT JOSEPH CHETCUTI DIRETTUR TAD-DWANA “Kull awtorità għandha numru ta’ stakeholders u tajjeb ħafna li dawn l-istakeholders, wieħed jikkomunika magħhom u jara l-bżonnijiet tagħhom. Aħna nesiġu l-ħtiġijiet tagħna u tinbena kollaborazzjoni biex wieħed jgħin lil ieħor. Ftehimiet bħal dawn iwasslu biex il-koperazzjoni bejn stakeholders u l-awtorità jiżdiedu.” Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Express Trailers, Franco Azzopardi sostna li l-kumpanija diġà għandha relazzjoni b’sisien sodi mad-Dwana, u b’dan il-ftehim se jintbagħat messaġġ ċar kontra l-kriminalità. SOT FRANCO AZZOPARDI KAP EŻEKUTTIV TA’ EXPRESS TRAILERS “Dan b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tad-Dwana sabiex abbuż ma jgħaddix minn hawn ġew, jiġifieri aħna dak huwa l-messaġġ. Il-kumpanija trid serjetà, irridu naqdu klijenti ġenwini, irridu naqdu b’serjetà kbira, imma mhux li niġu abbużati minn min m’għandux dik il-mira f’moħħu.”

الفئة

عرض المزيد

تعليقات - 0